Pierre Farrugia u sieħbu Angelo ta’ spiss imorru fuq avventuri differenti.

Riċentament, dawn żaru xi għerien fil-Mellieħa, imma qabel daħlu, ma setgħux ma japrezzawx il-veduti tant sbieħ ta’ dan il-post.

F’dawn l-għerien sabu diversi kmamar żagħar u raw affarijiet oħra li jagħtu ħjiel li dawn setgħu jkunu ta’ użu għat-tisjir, fost ħafna xogħlijiet oħra. F’Għar minnhom, Pierre u Angelo sabu daħla partikolari li tagħti għal żewġ sulari l-isfel, li skont Pierre, dawn qatt ma kienu raw bħalha.

Titħajru żżuru dawn l-għerien bħal Pierre u Angelo?

Youtube / Pierre Farrugia


Henzley  Bezzina