Suor Michael titkellem fuq diversi affarijiet tul il-podcast ta' Gwida.mt, tirrakkonta esperjenzi personali tagħha. Hi titkellem dwar dak li għaddiet minnu qabel daħlet soru u kif il-ħajra li tidħol għal din it-triq donnha qatt ma kienet hemm iżda xi ħaġa ġewwa fiha nbidlet. Hi titkellem proprju dwar dan.
Barra minn dan tirrakkonta każijiet li ltaqgħet magħhom meta kienet tieħu ħsieb lit-tfal. Fost l-oħrajn tirrakkonta kif il-pulizija saħansitra ġabulhom tarbija li ġabru minn nightclub lokali, tarbija li l-omm kienet ħaditha f'nightclub u ħallietha weħidha. Bit-tarbija tibki għax maħmuġa u bil-għatx, l-omm kienet tinjoraha u tkompli mal-irġiel.
Suor Michael anke tirrakkonta kif laħqu raw trabi li l-ġenituri tagħhom biex jeħilsu minnhom ma kienux jagħtuhom ħalib iżda mhux l-ewwel darba li sabu xi flixkun mimli b'xi luminata jew anki xi alkaħol biex it-tfal jorqdu.
Tul il-podcast ħa ssiru tafu aħjar lil Suor Michaela, l-istorja inkredibbli tagħha, ħa ssiru tafu kif tħares lejn il-ħajja u kif l-esperjenzi li għaddiet minnhom u li ltaqgħet magħhom sawru l-karattru tagħha. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 20 ta' Novembru, mit-20:00 'l quddiem.