Ftit tal-ġimgħat ilu, l-attriċi Eileen Micallef, kienet il-mistiedna speċjali ta' Ryan u Josmar fuq il-programm Sibtek. It-telespettaturi kellhom iċ-ċans li jsiru jafu lil Eileen ftit aħjar, iżda storja li ħalliet lil kulħadd mistgħaġeb kienet meta rrakkontat li rat il-pjanu jdoqq waħdu.

Eileen, barra li hi attriċi mill-aqwa, hi wkoll pjanista bravissima li saħansitra tressaq l-istudenti għall-eżamijiet. Darba fost l-oħrajn, waqt li kienet weħidha d-dar, tisma' l-pjanu jdoqq waħdu. Kif ratu mill-kċina jdoqq waħdu, Eileen ovvjament qabditha biża' kbira iżda wara xi ftit minuti għamlet il-kuraġġ biex tara kif dan il-pjanu kien qed idoqq waħdu.

Aħna ħa nħallukom taraw il-kumplament tal-intervista biex tiskopru x'kienet ir-raġuni ta' dan. Imma nistqarru li faċilment tista' tkun xena minn ġo xi film... film tal-biża' jew inkella xi kummiedja tajba. Iddeċiedu intom.

Facebook / Eileen Micallef


Emil Calleja Bayliss