Waqt Illum Ma’ Steph ġie mistieden l-ispettur tas-saħħa pubblika Aaron Simpson fejn ma’ Steph tkellem dwar fatturi relatati ma’ restoranti u kif ukoll l-ikel li nkunu qed nieklu. 

Fost il-punti li jsemmi, Aaron jgħid li l-ikel li jidħol ġor-ristoranti jgħaddi minn solverjanza u osservazzjoni sħiħa qabel jiġi approvat. Ix-xogħol minn wara l-kwinti tal-ikel li nieklu mir-ristorant fih proċess kbir. 

Kull post tal-ikel jgħaddi minn eżaminar fejn rappreżentanti mid-Dipartiment tas-Saħħa jagħmlu fiċ-ċert li hemm iġene tajba u li l-ikel li ħa jiġi ppreżentat lin-nies ikun bnin. Dawk responsabbli jaraw is-sistema eżatt ta’ kif jaħdem ristorant, u fejn hemm bżonn kontinwament jiġbdu l-attenzjoni. 

Bħal ma tgħid Steph, dawk kollha fid-Dipartiment tas-Saħħa jistħoqqilhom grazzi kbira ta’ kemm b’serjetà kbira jagħmlu xogħol li ma jidhirx f’għajnejna, iżda mingħajru ħadd minnha ma jkun sigur fil-ħwienet tal-ikel u ristoranti. Prosit lill-ispettur tas-saħħa pubblika Aaron Simpson u lid-dipartiment kollu!

warranty pictures


Kyle Zarb