Waqt il-programm TVAM kienet mistiedna l-counselor Jeanine Balzan Engerer, li tkellmet dwar id-drawwa li l-ġenituri jitfgħu ritratti jew anke filmati ġieli tat-tfal tagħhom fuq il-midja soċjali. Ġieli anke jitfgħu ritratti ta' uliedhom li jkunu għadhom trabi.

Jeanine tkellmet dwar l-istqarrija tal-Interpol u l-Europol li jgħidu li materjal li jxerrdu l-ġenituri ta' uliedhom sfortunatament jispiċċa għand dawk li jaslu jużawh b'mod ħażin. Ritratti li jistgħu jispiċċaw fi frodi jew agħar jispiċċaw  f’sit pornografiku.

Meta ġenitur itella’ ritratt tal-ulied, ikun qed jagħmel dan mingħajr ma dawn ġew mistoqsija għall-kunsens. Staqsi iktar hawn taħt:

Facebook/ eSafety Commissioner


Kyle Zarb