Giosue qal lill-ġurija minnufih li jipprattika l-kant bħala tenur, u għaldaqstant kienet mistennija xi ħaġa klassika. Madankollu mhux b'interpretazzjoni bħal din!

Fil-fatt Giosue għażel kanzunetta ta' Elvis Presley iżda b'timbru klassiku. Howard jgħid li din kienet interpretazzjoni li tant xtaq jisma' mingħand ġuvni tal-eta tiegħu, u jidher li jirnexxielu jikkonvinċi lill-ġurija kollha.

Jirċievi IVA u l-ġurija jinsabu ħerqana biex jisimgħu aktar mingħandu!


Kyle Zarb