Ħafna jqumu b’ngħas ma jarawx art, pero dalgħodu Gordon Bonello, Carlo Borg Bonaci u Anna qamu b’idea li jipprovaw xi ħaġa differenti li fl-opinjoni tiegħi tirrikjedi wisq sforz għal filgħodu!

Fuq il-paġna ta’ radju partikolari ftit ilu ittella’ vidjo ta’ Gordon jipprova il-famuża Chair Challenge. Kif u x’fatta m’għandix idea kif wieħed jista’ jagħmilha imma Gordon ma rnexxielux żgur! Imsomma, lanqas Carlo jekk niġu f’dan!

Inħallukhom taraw aktar f’dan il-filmat..


Kyle Zarb