Kultant trid tara biex temmen! Is-segwaċi ta' Gwida.mt bagħtulna filmat ta' ġlieda li ġrat bejn bejjiegħ tal-ħaxix u raġel ieħor flimkien ma' sewwieq li kien fil-karozza privata tiegħu. It-tim tagħna għadu ma skopriex eżatt x'kien l-argument iżda wieħed fil-filmat jista' jara raġel iħebb u jsabbat fuq il-karozza.

Raġel ieħor jikkalmah u jiġbdu lura, iżda jidher li ftit wara dan l-istess raġel li beda jżomm lura lill-ieħor qabiżtlu wkoll. Tant li spiċċa xeħet kannestru prodotti fuq il-karozza. Aktarx li s-sewwieq qallu xi ħaġa li instigat lil dak ir-raġel li jagħmel hekk. Sorsi qrib tagħna qalulna li xena bħal din mhux l-ewwel darba li ġrat!

Skip Ad in 5 seconds Skip Ad

Gwida.mt