Il-mistiedna speċjali ta' Owen Bonnici lbieraħ kienu ħadd ħlief Dr Lydia Abela u Giorgia Mae. Wieħed jista' jsegwi din l-intervista hawn taħt! Fost l-affarijiet li ġew diskussi waqt din l-intervista kienu l-annimali. Jidher li Lydia minn dejjem kellha mħabba kbira lejn l-annimali u Giorgia Mae ħarġet tixbah lil ommha.
Il-familja Abela jidher li għandhom numru ta' animmali d-dar, Giorgia tgħid li għandhom erbat iklieb: Balou, Buttons, Toffee u Brunch. Jidher li wara l-addozzjoni li l-familja għamlu minn Għawdex, żdied kelb ieħor mal-bqija. Jidher li l-iktar wieħed imqareb hu Buttons, li l-familja addottaw mill-gżira Għawdxija.
Giorgia tkompli tgħid li għandha erba qtates ukoll: Mochi, Muffin, Zen u Luna. Jidher li wħud minnhom ġew addottati mis-santwarju ta' Għawdex. Huma għandhom ukoll Fekruna bl-isem ta' Runa, gremxula bl-isem ta' Gex, żewġ pappagalli li jisimhom Perry u Buddy. Barra minn dan, Giorgia tmur titma' l-qtates ta' ħdejn in-nanna tagħha!
NAT Photography - Facebook / OwenBonnici.tv