Żgur li ħafna Maltin segwew is-serje popolari u maħbuba Simpatiċi u żgur ukoll li hawn ħafna familjari mas-sigla tal-għeluq.
Fejn issoltu mdorrijin nisimgħu lil Herman Bonaci u lil Mary Rose Mallia, din id-darba stajna nisimgħu leħen il-kantant Gianluca Bezzina wara li dan kanta parti minn din is-sigla nhar il-Ġimgħa li għaddiet fuq Serataron, u jidher li Gianluca jiftakarhom sew il-kliem ta’ din il-kanzunetta.
Għal dan il-programm kien mistieden ukoll Eric Grech li kien jagħmel il-parti ta’ Guido f’Simpatiċi, li kien jaħdem bħala awditur fl-uffiċju tal-ABS Auditors.
Facebook / Gianluca Bezzina / SIMPATICI