Gianluca Bezzina, kien fuq il-programm popolari tas-Sibt waranofsinhar Sibtek, li hu preżentat minn Ryan, Josmar u Claudia Faniello. F'din l-edizzjoni, Claudia kienet qed tmexxi l-programm u Gianluca jirrakkonta esperjenza kemxejn stramba li ġratlu waqt li kien qed jippromovi l-kanzunetta Tomorrow meta mar ir-Rumanija bħala parti mill-promozzjoni tal-kanzunetta.

Waqt li qed ikanta fi breakfast show, l-ewwel xogħol filgħodu, waqt il-kanzunetta tiegħu toħroġ velina tiżfen mal-kanzunetta viċin tiegħu. Wiċċ Gianluca nbidel xħin ra lil din it-tfajla tiżfen ħdejh. Kienet sitwazzjoni tad-daħk iżda kemxejn stramba wkoll għax kanzunetta bħal Tomorrow ma tantx imur żfin tagħhom b'dak il-mod. Peter xħin ra wiċċ Gianluca jinbidel inħasad ukoll.

It-tim ta' Sibtek irnexxielhom isibu biċċa minn dan il-filmat! Araw wiċċ Gianluca!

View this post on Instagram

A post shared by SIBTEK (@sibtek_malta)

Instagram / sibtek_malta


Emil Calleja Bayliss