Sewwa qrajtu, it-tabib maħbub mal-Maltin u Għawdxin, Gianluca Bezzina li ħa nibdew narawh ukoll bħala coach fuq The Voice Kids Malta ħabbar li qed jistenna t-tielet tarbija. Hu u l-mara tiegħu Vanessa huma ġenituri taċ-ċkejkna Lyla u ċ-ċkejken Paolo. Gianluca ħabbar dan waqt intervista li kien qed jagħmel ma' Ed Vassallo li jippreżenta l-Podcast The View From The Tower Crane. It-tim ta' dan il-podcast żvela din l-aħbar esklussivament ma' Gwida.mt!

Podcast popolari li fl-ewwel staġun tiegħu kellu mistiedna lil James Ryder, Daniel Dean Kingswell, Malcolm Galea, Malcolm Alden, Jeremy Grech, Valentina Rossi u  Kevin Naudi. Waħda mill-ewwel intervisti tat-tieni staġun ħa tkun mat-tabib maħbub Gianluca Bezzina, fejn ħa jitkellem fuq il-familja, il-professjoni tiegħu u l-irwol ġdid tiegħu fuq The Voice Kids fost affarijiet oħra. 

Żgur li l-familja huma ħerqana li jilqgħu t-tielet wild tagħhom. Lyla għandha tliet snin u nofs, filwaqt li Paolo dalwaqt jagħlaq sentejn. Din ċertament li hi aħbar mill-isbaħ għall-familja Bezzina li ħa tkompli tikber fix-xhur li ġejjin. Min jaf iz-zijiet u n-nanniet kemm huma ferħana b'din l-aħbar. 

Aħna f'isem Gwida.mt, nifirħu lil Gianluca u lil Vanessa. Nittamaw li kollox imur sew ħa jilqgħu din it-tarbija fi ħdanhom. Biex tisimgħu aktar dwar dan aħna nistidnukom biex isegwu l-podcast The View From The Tower Crane li ħa jiddiskutu dan ma' Gianluca Bezzina. Ċertament li Ed Vassallo ħa jkun qed jiltaqa' ma' aktar mistiedna interessanti, b'aħbarijiet varji fuq il-podcast tiegħu.

Il-podcast ilu għaddej mill-2021 u wara waqfa qasira issa ngħaqdu ma' Misfit Productions u ġeddewh għal staġun ieħor. It-tieni staġun għandu vantaġġi ġodda, dan għaliex ħa jużaw l-istudjo l-ġdid ta' Misfit u jiffilmjaw il-podcast biex wieħed ikun jista' wkoll jara r-reazzjonijiet tal-mistiedna. Intom tistgħu tieħdu togħma ta' dan kollu bl-aħbar ta' Gianluca Bezzina hawn taħt.

Segwu hawn taħt!  

Facebook / Gianluca Bezzina


Emil Calleja Bayliss