F’filmat ċajtieri li ttella’ fuq Facebook, il-mużiċist Glenn Sacco staqsa: “Tal-Gwida intom li tiktbu kollox, issa iktbu din ukoll. Qatt billejtu l-maqrud ġol-kafè?” Fl-istess ħin infexx jidħak. “Importanti li jkun jaħraq eh!”

La ridtna niktbuha, ktibnieha Glenn. Mhux se nċaħħduk minn artiklu ieħor żgur! Il-filmat ġie meħud mill-kantanta Celine Agius, li rajniha fuq X Factor u li ma waqfitx tidħak bil-mutetta li qed jagħmel Glenn.

Hekk kif bill il-maqrud ġol-kafè, li qal li importanti ikun jaħraq, staġeb li l-kafè tiegħu xwielu lsienu. “Aħħ kemm jixwi!… Telespettaturi xwejt ilsieni.”

Nawgurawlek aktar jiem ta’ kafè u maqrud tajjeb, għalkemm nissuġġerulek tistenna sakemm jibred ftit il-kafè l-ewwel.

Facebook/Glenn Sacco


Nicole Barbara