L-annimali hemm bosta li jħobbuhom u hemm min tant jieħu ħsiebhom li tista’ tgħid isiru l-ħbieb tal-qalb tas-sid tagħhom stess. Dan il-cockatoo, għasfur li ġej mill-familja tal-pappagalli, jidher li qed jiżfen żifna differenti ma’ kull ringtone.

Fil-verità, jekk tinnota sew, l-għasfur qed iħalli lil xi ħadd jaqbdu minn taħt u jċaqalqu skont ir-rittmu ta’ kull diska. Apparti li l-għasfur tinduna kemm hu kuntent mill-fatt li għandu r-rix ta’ wiċċu mneffah, wieħed jista’ jinduna wkoll mill-fatt li mhu qed jattakka lill-ħadd.

Meta tkun qed tieħu ħsieb annimal sew, dan dejjem jurik!


Nicole Barbara