Dan hu possibilment wieħed mill-iktar filmati emozzjonanti li wieħed ħa jara din is-sena. Nightbirde, kantanta Amerikana ta' 30 sena, tieħu l-palk sabiex tinterpreta l-kanzunetta tagħha bl-isem ta' It's Okay.

Nightbirde tgħid li ilha bla xogħol għal diversi snin għax kienet qed tiġġieled il-marda qerrieda tal-kanċer u l-aħħar li ċċekkjat kellha kanċer fi tliet postijiet: fil-pulmun, fl-ispina u fil-fwied.

Għalkemm iċ-ċans tagħha li ssalva hu ta' 2% hi għandha attitudni tassew pożittiva u talent mill-isbaħ. Bl-iktar mod onest, kantant il-kanzunetta tagħha. Ħa nħallu l-filmat jitkellem waħdu.


Emil Calleja Bayliss