Gino Lombardi, jiġi t-tifel il-kbir ta' Elio Lombardi u hu magħruf bħala attur u wkoll bħala kittieb. Numru ta' kotba tiegħu ġew ippubblikati. Waqt l-intervista ma' Owen, Gino jitkellem dwar kif darba irċieva telefonata mingħand mara li staqsietu jekk kitibx l-istorja tal-familja tagħha b'ismijiet differenti. Din f'moħħu kienet storja fittizja, li wara skopra li ġrat vera.

Fatt kurjuż li ħafna aktarx ma jafux dwar Gino hu li għamel karriera fl-armata, jistqarr li jiftakar l-ewwel ġurnata ċar kristall, kienet il-11 ta' Jannar 1983. Minn hemm bdiet avventura sħiħa fosthom avventura fil-ħabs, “għamilt 14-il xhar naħdem il-ħabs” jistqarr Gino. Hu jitkellem kif dejjem mar tajjeb mal-ħabsin u dejjem ġabilhom rispett u huma ġabulu rispett lura.

ONE / Prime Time


Emil Calleja Bayliss