The Masked Singer huwa programm li qed jiġbed l-attenzjoni ta' bosta miljun madwar id-dinja! Hu programm tal-kant fejn il-kompetituri jkunu libsin kostum elaborat u ħadd ma jkun jaf min hemm taħt il-kostum! Dan il-programm beda ġewwa l-Amerika u dieħel fit-tielet staġun tiegħu!
Miljuni ta' nies qed isegwu l-programm, tant li fl-Ingilterra għadu kif fetaħ l-ewwel staġun u n-numri tiegħu jidhru li huma ħafna aktar minn numri li kellu X Factor f'dawn l-aħħar snin! Ġewwa l-Amerika fost il-kompetituri kien hemm La Toya Jackson, oħt Michael Jackson u Michelle Williams ta' Destiny's Child! Jikkompetu wkoll kien hemm Kelly Osbourne u l-attriċi Tori Spelling!
Dan il-programm mhux qed biss għal kantanti, imma miftuħ għal diversi personalitajiet li lesti jidħlu għal din l-avventura! Bħalissa qed idur l-għajdut li l-persuna taħt il-kostum tas-siġra ġol-Ingilterra mhu ħadd ħlief David Beckham! Ħafna qed jgħidu li l-aċċent tiegħu jixbaħ lil dak tal-futboler.
Ikollna nistennew ftit biex naraw jekk dan hux minnu, dan għaliex l-identità tal-personalità toħroġ meta l-karattru tiegħu jkun ġie eliminat mill-kompetizzjoni! Fil-filmat tistgħu taraw lis-siġra tkanta! S'issa marru d-dar attriċi u politiku! Taħsbu li David Beckham jinsab taħt dak il-kostum jew xi ħadd ieħor?
Instagram / David Beckham