Alan u Marlon, għal dawk li jsegwu ix-xena tal-ispetakklu lokali żgur li mhumiex uċuħ ġodda. Iltqajna ma’ dan il-filmat li ħsibna sabiex naqsmuh magħkom il-qarrejja tagħna ta’ Gwida.mt. Filmat ħelu, li l-koppja preparaw qabel il-ġurnata tat-tieġ tagħhom.

Filmati bħal dawn dan l-aħħar qed isiru moda. Hawn tistgħu tieħdu tomgħa żgħira minn ħajjet Alan u ħajjet Marlon u wkoll l-istorja tagħhom. Filmat maħdum b’reqqa biex jiġbed kull espressjoni u emozzjoni tal-imħabba bejn dawn it-tnejn.

Alan hu żeffien kif stajtu ssegwu fil-filmat u mhux l-ewwel darba rajnieh jakkumpanja kantanti lokali inkluż f’konkors li jsiru f’Malta. Barra minn hekk hu jgħallem iż-żfin u hu wkoll attiv ħafna fil-karnival ta’ Malta u l-kompetizzjonijiet li jġib magħhom.

Marlon minn barra li hu żeffien u kemm-il darba rajnieh jiżfen ma’ Alan, hu wkoll kantant. Lura fl-2017 rajnieh jikkompeti fil-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Ideal li kellha kliem u mużika ta’ Philip Vella.

F’isem Gwida.mt, nawguraw lil din il-koppja ġurnata mill-isbaħ għada mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbhom. Awguri għal għada u għal dak li hemm lest għalihom fil-ġejjien.


Emil Calleja Bayliss