Dan il-ġeru għadu kif instab abbandunat barra nhar is-Sibt li għadda. Iżda mad-daqqa t’għajn mill-ewwel tinduna li dan il-kelb huwa differenti mill-oħrajn… propju propju għax twieled b’denb ġo nofs moħħu!


Filmat: Facebook/Mac the Pitbull

Hu twieled b’denb normali fuq wara ta’ daru wkoll u għalkemm dan jiffunzjona kif suppost, dak ta’ fuq moħħu huwa denb ‘mejjet’ li ma jiffunzjonax.

Meta l-veterinarji eżaminawh, irrealizzaw li l-ġeru mhux qiegħed ibgħati minn din id-diżabbilità u li se jkun jista’ jgħix ħajja normali.

puppy
Ritratt: Facebook/Mac the Pitbull

L-NGO bl-isem ta’ Mac’s Mission ġo Missouri fl-Amerika ħaditu biex meta jikber biżżejjed, ikun jista’ jiġi addottat. Il-ġeru ġie msemmi ‘Narwhal’, b’referenza għal dawk il-baleni li jkollhom tusk twila ħierġa minn qalb għajnejhom.

puppy
Ritratt: Facebook/Mac's Mission

Il-kelb jidher ferrieħi ħafna, kurjuż u moħħu biex jilgħab! Kieku tkun int taddottah jew tiddejjaq għax hu diżabbli?

Facebook/Mac's Mission


Nicole Barbara