Il-kantant Geordie DeBono rajnieh fi rwol li qatt ma konna rajnieh fih qabel, hu spiċċa jaqra l-aħbarijiet! Għal dawk li qed jaħsbu li ħa jibdew jaraw lil Geordie ta' kuljum iżda sejrin żball! Geordie spiċċa jaqra l-aħbarijiet waqt is-sensiela Elf Metodu.

Geordie kien biss qed jirreċta. Hu jgħid li grazzi għal din il-produzzjoni ħolma oħra tiegħu saret realtà. X'taħsbu minn kif qara l-bulletin tal-aħbarijiet Geordie? Temmnu li jkun xogħol ideali għalih?

Id-drama Elf Metodu, sensiela ta' 13-il episodju b'ġeneru li tista' tgħid qatt ma rajna bħalu f'pajjiżna. L-istorja titratta mara li tiġi akkużata bil-qtil ta' żewġha kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn fuq! Minn hemmhekk tiżvolġi kummiedja.

Insomma għal dawk kollha li interessati jsiru jafu aktar... kull nhar ta' Ħadd filgħaxija jistgħu jsegwu Elf Metodu fuq ONE.


Emil Calleja Bayliss