Jekk tħobb il-kafè impossibbli li ma żżurx il-ħanut il-ġdid Caffè Buongiorno li għadu kif fetaħ il-bibien tiegħu ġewwa Triq in-Naxxar, San Ġwann - biex niftehmu din hija t-triq prinċipali fil-lokalità.

Il-ħanut huwa ddedikat totalment għal prodotti tal-kafè u kapsuli ta' kull tip, tant li huwa attrezzat b'kapsuli għal kwalunkwe magna tad-dar disponibbli fis-suq, kif ukoll magni tal-kafè domestiċi, moka pots, grinders tal-kafè u prodotti oħra li tista' tgħid jimxu id f'id mal-kafè bħal ċikkulatini u pasti tradizzjonali. Naħsbu dwarhom ukoll qed jaqbadna l-aptit tal-kafè u ta' xi ħaġa tajba magħhom.

Xi ħaġa interessanti u li rari ssib f'ħanut hawn Malta hi li int tista' dduq il-kafè. Sewwa qrajtu! Huma għandhom rokna speċjali ddedikata proprju għal hekk.Int tkun tista' tipprova t-tipi differenti ta' kafè għat-tip ta' magna li tkun imħajjar tixtri.

Huma jgħidulna, "Għandna firxa sħiħa ta’ kafejiet għat-togħma ta’ kulħadd." Barra minn hekk huma jidħnu wkoll il-coffee beans għall-klijenti tagħhom. San Gwann intgħażel biex ikun il-post pilota tagħhom iżda wieħed jistenna li fil-futur qarib jiftħu aktar ħwienet madwar Malta u Għawdex. Ngħiduha kif inhi, tista' tgħid kulħadd iħobb daqsxejn kafè tajba.

Fis-sajf il-ħanut ħa jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00 san-12:30 u mill-16:00 sas-19:00, filwaqt li s-Sibt ikun miftħu filgħodu bejn id-9:00 san-12:30.


Emil Calleja Bayliss