Filmat ta’ blokk ta’ appartamenti li għadu kif inbena fil-Balluta fi tmiem il-ġimgħa qajjem dibatitu sħiħ fuq il-mezzi soċjali. Dan għaliex il-gallarija tal-appartament spiċċat mimlija ilma baħar, hekk kif il-mewġ qawwi beda jaħbat fil-bieb tal-gallarija ta' dan l-appartament. Dan ċertament li joħloq riskju kbir għas-sidien tal-appartamenti.
Il-gallarija ta' appartament minnhom spiċċat mgħarrqa minn mewġ qawwi, mewġ li spiċċa jimla bil-mod il-gallarija. Il-filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali jgħid, "Ħdejn Barracuda... Nittama li kulħadd ikun tajjeb, imma biex inkun onesta qed nidħak," qalet persuna waħda. "Imbasta nibnu, Ġaħan."
Pajjiżna ntlaqat minn temp qawwi fi tmiem il-ġimgħa, il-maltemp riċenti kien wieħed mill-ewwel testijiet għal kull dar ġdida. Meta wieħed jiġġudika mill-video t'hawn taħt, wieħed jara l-perikolu li jista' jinħoloq.
Facebook / Steffi Cassar Torregiani