Nicholas fuq il-programm ta' Maria, jitkellem dwar ibnu Lennon John, li għalkemm jifhem kollox mhux kapaċi jesprimi lilu nnifsu. Nicholas jitkellem dwar l-ispirazzjon wara isem ibnu u wkoll dwar il-weġgħa li jara lil ibnu hekk. Minkejja dan jammetti li kieku jkollu ċ-ċans ma jibdlu ma xejn lil ibnu, għax b'sempliċiment tbissima jew daħka jisraqlek qalbek.
Marelli beda jixxandar minn nhar is-Sibt li għadda u tul is-sensiela ħa jkun qed ilaqqagħna ma' diversi persuni li f'ħajjithom għaddejjin jew għaddew minn xi sfida partikolari. Ċertament li l-programm ħa jkun qed iqajjem aktar għarfien dwar kundizzjonijiet li hawn madwarna u kif bl-għajnuna ta' diversi professjonisti wieħed jista' jkompli b'ħajtu.