Hekk kif qed nersqu aktar u aktar viċin il-Eurovision Song Contest, Sibtek ta' kull ġimgħa qed ikompli jlaqqa' t-telespettaturi ma' diversi kantanti li rrappreżentaw lill-Malta f'dan il-festival prestiġġjuż. Riċentament, il-mistieden speċjali kien Richard Edwards. Richard tela' għall-Eurovision Song Contest fl-2014 bil-kanzunetta Coming Home flimkien ma' Firelight u spiċċa t-tieni fis-selezzjoni lokali fl-2011 u fl-2018.

Josmar ma setax ma jsaqsix lil Richard jekk hux imħajjar jerġa' jieħu sehem f'dan il-festival. Richard bl-iktar mod onest qal li kien jaħseb li l-aħħar darba li ħa sehem fl-2018 ma' missieru kienet l-aħħar darba li ħa sehem iżda jemmen li għandu kanzunetta dwar it-tfal tiegħu li jixtieq li jkanta fuq dak il-palk, allura jekk jinbidel il-format u jerġa' jirritorna l-festival lokali, jaħsibha u donnu wera x-xewqa li jerġa' jipprova.

L-istil ta' Richard dejjem niżel tajjeb mat-telespettaturi. Huwa kantawtur bravissimu u dejjem ħareġ bi prodott b'saħħtu. Aħna nawguraw lil Richard kull suċċess fil-karriera tiegħu u nittamaw li ma ndumux ma nisimgħu xi ħaġa ġdida mingħandu.

Facebook / Richard Micallef


Emil Calleja Bayliss