Waqt Kuxjenza, il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tkellmet ma' Adam Galea, ir-raġel li tmien snin ilu waqa' mill-bejt u kien fil-periklu li jitlef ħajtu.
Wara li waqa' minn dak l-għoli Adam kellu jgħaddi minn intervent xejn faċli, li jispjega aktar dwaru waqt l-intervista, iżda biż-żmien ma qatax qalbu u llum jinsab tajjeb.
" 'Int Miraklu Ħaj', kienu jgħiduli... Għamilt tliet ġimgħat f'koma", jispjega Adam. Hu qal li t-tim mediku kellu jipprepara lill-familja tiegħu li mhux ħa jerġa' jqum l'għada, minħabba li kien f'kundizzjoni ħażina.
Ikompli jgħid, "Għamluli l-griżma darbtejn f'tliet ġimgħat..." Jgħid li lill-tal-familja qalulhom li, "5% biss ċans kelli li ngħix..." , u jekk jgħix, ġo siggu kemm jiehu n-nifs. Adam jisħaq li, "qatt ma qtajt qalbi."
Adam jitkellem dwaru nnifsu, dwar id-determinazzjoni li dejjem kellu u dwar il-passatempi tiegħu, fosthom il-karozzi, kif ukoll l-ambizzjonijiet tiegħu. Segwu l-intervista HAWN

Kuxjenza/ TVMi