Għalliema u studenti mill-Kulleġġ San Tumas More ħejjew filmat ħelu fejn żifnu u kantaw ma' Je Me Casse ta' Destiny. Fil-fatt xtaqu jużaw dan il-filmat biex juru l-appoġġ tagħhom lil Destiny għall-miġja tagħha lejn Rotterdam f'Mejju li ġej!

Destiny jidher li ratu l-filmat u anke kkummentatilhom! "Bravi! Kemm ġejtu tidhru sbieħ għeżież, kollha kemm intom tajbin!". Dan il-filmat juri wkoll kif avolja għaddejjin bir-restrizzjonijiet u attivitajiet kważi xejn, bl-għaqal u responsabbilta nistgħu noħolqu xi ħaġa sabiħa bħal din. 

Ara daqsxejn xi preparawlha HAWN


Kyle Zarb