Kollox beda minn ħsieb li ġie f'moħħ student wara li persuna li juża s-siġġu tar-roti, wera x-xewqa għal feature fejn ikun jista' juża r-remote control.

Waqt intervista fuq TVAM dalgħodu, l-istudent isemmi kif il-ħsieb ġie appoġġjat mit-tutur tiegħu, u spiċċa biex ħoloq u programma sistema li tmexxi wheelchair, anke jekk m'hemm ħadd fiha.

Ir-rotta li jieħu s-siġġu waqt li miexi, jkun diġà programmat minn qabel permezz ta' navigator. Tagħtih il-punt fejn irid imur, u s-siġġu jsib it-triq awtomatikament.

Din is-sistema tista' tħaddimha jew permezz ta' remote jew inkella tipprogramma fuq in-navigator billi timmarka punt. Vantaġġ hu li jekk persuna qiegħda f'punt fejn trid timxi lejn is-siġġu tar-roti u ma tistax tiċċaqlaq, tista' tħaddem permezz tar-remote u ġġib il-wheelchair ħdejha. 

Għadu ma jeżistix fis-suq, u għaldaqstant għad hemm aktar riċerka li qed issir. 


Kyle Zarb