Il-preżentatur Brian Hansford xtaq jagħmel filmat biex jaqsam l-esperjenza tiegħu hekk kif irċieva l-ewwel doża tal-vaċċin ilbieraħ.
Brian isemmi li f’Malta ingħataw ‘il fuq minn 12,000 doża ta’ vaċċin. “Vaċċin mhux qed jingħata wieħed kuljum, qed jingħataw eluf”, jisħaq Brian. Jappella biex persuna meta jkollha bżonn tibbukkja, tuża l-faċilit tal-sms u mhux bilfors inċemplu.
Ikompli billi jgħid li minkejja forsi kien xi ftit anzjuż meta mar jieħu l-vaċċin, xorta għadu pożittiv dwaru u jsostni li m’hemmx lok li wieħed joqgħod ibeżża’. Isemmi li s-servizz f'pajjiżna huwa wieħed mill-aqwa u kemm l-istaff huwa ħelu u jilqak bi tbissima. Sa anke waqt li kienu qed ituh il-vaċċin, kellhom spirtu pożittiv u bdew kważi jiċċajtaw miegħu. Jirringrazzjahom u kontinwament ifaħħar lit-tim mediku kollu li jaħdem bla waqfien għalina lkoll.
"Dħalt bi tbissima, u ħrigt bi tbissima ikbar milli kelli", jgħid Brian. Segwi aktar hawn taħt.