Kont taf li hemm ħinijiet li huma aħjar għall-irġiel biex iqaxxru wiċċhom? Fil-programm tal-ewwel ta’ Ġunju ta’ Niskata, wieħed mill-mistednin tkellem propju fuq dan. Hu qal li wara l-ikel, il-ġisem ikun qiegħed jagħmel reazzjonijiet differenti biex iħaddem l-ikel, u iktar ikun hemm ċirkulazzjoni tad-demm. Minħabba f’hekk ikun iktar faċli għal dak li jkun li jaqta’ wiċċu minħabba ċ-ċirkolazzjoni tad-demm ikkonċentrata fil-wiċċ. L-istess jingħad għax-xagħar ukoll.

B’hekk l-aħjar ħin li wieħed iqaxxar xagħru jew il-leħja jkun filgħodu, jew meta jkun ilu ma jiekol. Dejjem nitgħallmu xi ħaġa ġdida u interessanti!


Nicole Zammit