Waqt il-programm Kuxjenza, il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tkellmet mal-atleta Jake Vella flimkien mal-familja tiegħu. Sfortunatament jinsab rikoverat l-isptar fejn qed jirkupra kuljum.
Jake jispjega kemm kien ħażin meta daħal l-isptar, tant li anke kien fl-ITU, iżda għall-grazzja tal-Mulej qaleb għall-aħjar ħdejn kif kien. "Għalaqt erba' xhur l-isptar... kont l-ITU, kont ħażin ħafna... għal li kont qiegħed ħafna aħjar."
Titkellem ukoll omm Jake fejn tesprimi l-importanza li napprezzaw kull sekonda mill-ħajja u kull ċans li jkollna biex nagħmlu l-iktar ħaġa sempliċi, anke li toħroġ timxi jew tixtri.
Maruska tgħid, "Anke li tkun ġo traffik, anke li tmur tixtri, trid tapprezza." Tkompli tistqarr, "Kburija ħafna bih, huwa persuna pożittiva ħafna u jagħmel kuraġġ anka lilna. Sa ftit xhur ilu stajna tlifnieh, u kif nidħol u narah u jgħidlu 'Bonġu Mà", għalija l-isbaħ rigal ta' kuljum."
Missier Jake, Josie, ukoll jgħaddi messaġġ, "Mhux faċli għalina, imma ma tridx tħares lura. Min hu għaddej minn tbatija bħalna, l-ewwel ma jridu jagħmlu hu li jfittxu lil xulxin, u ma jwarrbux lil Alla."
Segwi l-intervista sħiħa HAWN
Kuxjenza/ TVMi