Imnalla l-programm ta’ Ħadd Għalik ikun irrekordjat minn qabel u mhux live… illum Ħadd Għalik kien dwar dawk li jitkellmu bid-djalett kontra dawk li jitkellmu bil-pepe. U kien hemm kontestanta li innoċentament żelqulha erba’ kelmiet li mhux suppost tgħid fuq it-televiżjoni!

Għalhekk, fuq il-paġna ta’ Ħadd Għalik fuq Facebook ittella’ filmat li juri l-kliem kollha li fuq xi programm televiżiv għandek iżżommhom għalik.

Fil-filmat tidher Angie tidħak u tgħidilha “Oqgħod attenta xi tgħid…”. Ħin minnhom anke idejha ma moħħha għamlet!!

Facebook/Ħadd Għalik


Nicole Barbara