Ir-rappreżentatriċi ta' Malta fil-Junior Eurovision Song Contest kienet waħda mill-mistiedna ta' Prime Time flimkien ma' Owen Bonnici. Eliana żvelat li l-filmat mużikali ta' We Are More sar f'żewġ lokalitajiet iżda l-fatt interessanti jibqa' x'ivvinta jagħmel ċinju waqt il-ġbid!
Jidher li waħda mill-postijiet fejn sar il-filming kien fil-ġnien Presidenzjali u Eliana rrakuntat li kif jibdew il-mużika, dan l-imbierek ċinju jaqbeż fin-nofs. Donnu ried jidher hu fil-filmat ukoll. B'daħka fuq fommha, Eliana qalet li anke beda jiġbed liż-żeffiena mill-ħwejjeġ.
Eliana u Owen waslu għal konklużżjoni li dan iċ-ċinju jrid immur il-Junior Eurovision. Naħseb diffiċli għalih! Imma insomma... kif qed nitkellmu fuq il-Junior Eurovision, tajjeb li tkunu tafu li għadha kif fetħet il-votazzjoni.
Int tista' tivvota lil Malta, lil Eliana Gomez Blanco u l-kanzunetta We Are More billi ssegwi dan il-filmat. Il-kanzunetta Maltija għandha kitba ta' Joe Julian Farrugia, Rachel Sutter, Kevin Lee u Jonas Thander.
Infakkrukhom ukoll, li fit-tim tal-kanzunetta Irlandiża hemm ll-Maltin Cyprian Cassar u l-kantant Daniel Muscat Caruana. Huma kienu parti fil-kitba tal-kanzunetta Banshee - sabiħ li nuru s-sapport tagħna lit-talent Malti kollu.
Kif tistgħu taraw fil-filmat intom tistgħu tivvutaw minn tlieta sa ħames pajjiżi. Il-Ħadd waqt l-ispettaklu tkunu tistgħu terġgħu tivvutaw. Jiġifieri ħudu ħsieb u għinu lit-talent Malti jispikka f'din il-kompetizzjoni.