Illum reġgħu bdew iduru diversi filmati ta’ nies li nġabru fi gruppi kbar, din id-darba fil-bajja ta’ San Ġorġ, ġewwa San Ġiljan.

Bħalissa r-ristoranti u l-bars qed jingħalqu f’nofsilejl, imma jidher li n-nies li qed jattendu f’dawn l-istabbilimenti, wara li jagħlaq il-post li jkunu fih qed jinġabru f’ġemgħat f’postijiet bħall-bajjiet.

Diversi personaġġi urew id-diżappunt tagħhom għal dan u oħrajn qalu li jekk jerġgħu jibdew isiru diversi attivitajiet ta’ divertiment, affarijiet kontra l-liġi bħal dawn jistgħu jiġu evitati.

Instagram / maltadaily.mt


Henzley  Bezzina