"Għalkemm iż-żmien tal-pandemija kien impenjattiv ħafna, il-ħajja ta’ kirurgu u mbagħad dik tal-politika teżiġi li dejjem tibqa’ għaddej" hekk qalilna d-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Liema intervista li tista' taqraha għada kollha fil-GWIDA.

Bħala kirugu kellu ta' sikwit jieħu deċiżjonijiet xejn faċli f'qasir żmien, "Meta tkun kirurgu trid tieħu deċiżjonijiet ta’ ħajja u mewt ibbażati fuq l-evidenza li għandek quddiemek,trid tippjana u tagħmel it-testijiet, tiġbor il-pariri li għandek bżonn biex ikollok aċċess għall-informazzjoni kollha, imma kultant ikollok emerġenza li tmur lil hinn minn dak li tkun ippreparajt" jgħidilna Chris Fearne. 

Il-ministru stqarr ma' GWIDA li, "F’ħafna mumenti f’dawn l-aħħar 3 xhur, erġajt kważi iżjed naħdem b’moħħ ta’ kirurgu milli b’moħħ ta’ politiku, speċjalment fil-bidu, id-deċiżjonijiet li ħadna ridna neħduhom bl-evidenza limitata li kellna quddiemna". 

Deċiżjonijiet li ħa l-ministru salvaw lil Malta bil-pandemija tal-Covid-19, li ngħiduha kif inhi llum nistgħu ngħidu li morna tajjeb ħafna. "Xtaqna li kellna aktar informazzjoni u nkunu aktar ixxamplati biex nieħdu deċiżjonijiet b’mod iżjed kajman,imma kieku qgħadna nistennew, kieku nfirxet u kien ikollna ħafna aktar imwiet" jgħid Chris Fearne. 

Inħeġġuk biex għada tixtri l-GWIDA u taqra l-intervista sħiħa mal-ministru, ma' Charmaine Gauci u ma' Christopher Barbara. 


Anthony Baldacchino