Greens Supermarket huwa l-ewwel supermarket f’Malta li beda joffri servizzi ta’ self-checkout.

Il-kumpanija, permezz ta’ filmat minn Gadgets Malta, saħqet li l-ebda impjegat mhu se jitkeċċa taħt is-sistema l-ġdida, u li l-kaxxiera preċedenti se jiġu promossi għal żoni oħra meħtieġa madwar is-supermarket.

Greens qal li s-sistema l-ġdida se tippermetti kju aktar mgħaġġel u se tgħin biex tillimita t-tixrid tal-COVID-19.

Is-supermarket oriġinarjament beda minn ħanut tal-grocer żgħir fl-Ibrag fit-tmeninijiet, u issa huwa wieħed mill-aktar supermarkets popolari ta’ Malta.


Nicole Barbara