Wisq ħelu dan iċ-ċkejken Jack. Mid-dehra, huwa fanatiku tal-kantant Freddie Mercury u kif ukoll tas-show X Factor Malta. Din is-sena kellu għalliema li ddeċidew li jaqtgħulu xewqtu u l-filmat li hawn fl-artiklu, jitkellm waħdu.
Iva, ħaduh fuq il-palk ta' X Factor Malta u kanta 'I want to break free' ta' Freddie Mercury. U bil-mossi b'kollox ta! Veru ħelu! Ommu Maria kitbet li Jack jista' joffri ftit sfidi kultant imma hu l-iktar tifel ħelu u ċajtier.
Fl-aħħar, Ben Camille tela' jirringrazzjah u waqt applaws kbir mill-pubbliku, Jack jirringrazzja lill-għalliema tiegħu Ms Pauline u Ms Joanne. Sewwa jgħidu li waqt li l-ġenituri jagħtu l-formazzjoni mid-dar, l-għalliema huma l-formazzjoni ta' dak li wieħed jiftakar la jikber. Tgħid ħa jiftakarha din l-esperjenza Jack? U Kif?! Awguri Jack... forsi għad narawk fix-xena tal-ispettaklu!
Ritratt: Facebook/ Ma Ria