Il-kantanta lokali Emma Muscat kitbet messaġġ tagħha għall-imħabba ta' ħajjitha, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Emma tikteb li dan hu r-raba' jum għeluq sninu li qed jiċċelebraw flimkien.

"In-nofs l-ieħor tiegħi...Awguri f'għeluq sninek prinċep tiegħi, inħobbok!" Hi xerrdet filmat li jiġbor diversi memorji sbieħ li għandhom flimkien, fosthom anke vaganzi li qattgħu flimkien barra minn xtutna.

Awguri minn qalbna Kurt!


Kyle Zarb