L-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat ilbieraħ kienet parti mill-famuż Turqoise Carpet li sar ġewwa Turin. Hemm Emma kellha diversi intervisti minn stazzjonijiet differenti ta' bosta pajjiżi, apparti l-ammont ta' ritratti li ħadulha l-ġurnalisti preżenti.

Il-messaġġ ewlieni tagħha kien li bil-kanzunetta tagħha I Am What I Am tixtieq tkun ta' kuraġġ u għajnuna għal dawk li forsi jsibuha bi tqila biex jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma. Il-kanzunetta hi messaġġ qawwi innifisha li tħeġġeġ lil kull individwu jħares lejh innifsu b'mod pożittiv.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha Emma anke xerrdet filmat li juri mumenti mis-sehem tagħha waqt it-Turqoise Carpet. 

Issa nafu wkoll meta se tkun l-aħħar prova ta' Emma qabel is-semifinali. Fil-fatt fil-11 ta' Mejju Emma se jkollha l-ewwel Dress Rehearsal bejn it-15:00 u l-17:27. Dakinhar stess, ikun hemm id-Dress Rehearsal fejn anke jivvutaw il-ġurija, bejn id-21:00 u l-23:27.

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb