Ilbieraħ, il-preżentatriċi tar-radju Martina Zammit iċċelebrat għeluq sninha u bħala sorpriża hi rċeviet filmat mingħand Eileen Monetesin. Tina ta' VIBE FM jidher li ħadet gost b'dan il-messaġġ ta' sorpriża.

Tant hu hekk li qasmet dan il-filmat fuq il-mezzi soċjali tagħha u qalet li għamlilha l-ġurnata ta' għeluq sninha aktar speċjali. Hi rringrazzja lil Eileen li sabet ftit ċans sabiex tawguralha f'dan il-jum speċjali.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Martina l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri Tina.


Emil Calleja Bayliss