Il-grupp ta’ żeffiena Maltin minn Dancel Dance Studio ħejjew filmat fuq korjografija ta’ Celaine Buhagiar fejn żifnu fit-toroq siekta ġewwa l-Kottonera.
Fil-fatt, il-filmat jixhed kemm f’dawn l-aħħar jien kien qed ikun hawn toroq vojta ġewwa pajjiżna minħabba s-sitwazzjoni li qed naffaċjaw. Madanakollu dawn iż-żeffiena ma waqqafhom xejn milli jkomplu juru t-talenti tagħhom u ħarġu b’din iż-żifna li propju sejħulha “The final Covid-19 dance”.
Celaine flimkien mat-tim kollu jinsabu ħerqana mmens biex jerġgħu jagħmlu dak li tant għandhom passjoni għalih waqt għadd kbir ta’ avvenimenti li jkollhom madwar Malta kif ukoll barra minn xtutna. Tista' ssegwi l-filmat HAWN.
Minn qalbna nawgurawlhom aktar suċċessi u ngħidulhom prosit talli bil-ħiliet tagħhom qed jagħtu isem sabiħ lil pajjiżna anke f’dawn il-mumenti diffikultużi!
Facebook/ Celaine Buhagiar