Dylan Efron, li jiġi ħu l-attur popolari u maħbub minn ħafna, Zac Efron, qasam fuq Youtube l-esperjenza tiegħu f'Malta ftit tal-jiem ilu. Fil-fatt hu qatta' ġimagħtejn u fihom dar kemm felaħ madwar pajjiżna.

It-titlu tal-filmat hu 'Malta hi ta' min iżurha?'. Fil-filmat hu jistaqsi diversi residenti Maltin u Għawdxin dwar Malta u Għawdex, fejn jiskopri diversi realtajiet u fatturi dwarna. Tul il-filmat hu wera diversi xenarji u angoli mill-isbaħ ta' pajjiżna. Fuq Facebook kien hemm anke ritratti tiegħu flimkien ma' sħabu fejn marru anke dawra fuq il-baħar.

Il-kummenti min-naħa tiegħu kienu pożittivi u jidher li għoġbitu l-vaganza li qatta' magħna hawn! Ara aktar x'qal u xi staqsa fil-filmat hawn taħt:


Kyle Zarb