Ilbieraħ Dorian Cassar, li jippreżenta fuq l-istazzjon tar-radju Magic Malta, ġie maħtuf mill-forzi armati waqt li kien fuq il-post tax-xogħol.

Jidher li daħluh ġo vann iswed u ma ngħata l-ebda informazzjoni għala kien qed jiġri hekk.

Dorian

Apparti minn hekk, ġew maħtufa iżjed personalitajiet, fosthom Quinton Scerri, Danusan (Daniel Chircop u Chrysander Agius) u Pierre Cordina.

Mill-filmat jidher li dawn il-personalitajiet ġew miġburin kollha fl-istess post biex tiġi kkonfermata l-pożiżżjoni tagħhom waqt il-President’s Solidarity Fun Run li se ssir fl-24 ta’ Novembru u tibda minn 10am.

Jidher li kull wieħed minn dawn il-personalitajiet se jkun qed imexxi l-Fun Run minn irħula differenti. Aħna nħeġġu lil kull min jista’ biex jattendi!

Facebook/The President's Solidarity Fun Run


Nicole Barbara