Temp ħażin fi Sqallija li wassal għal kesħa u xita, xita li trasformat ruħha f'għargħar f'Palermo u maltempata ħarxa f'Katanja. Dan l-għargħar wassal biex mietu żewġ persuni f'Palermo.

Huma esperjenzaw jumejn konsekuttiv b'maltemp ikrah. Dan wassal biex il-pajjiż spiċċa wieqaf. Fil-filmat t'hawn taħt tistgħu tieħdu stampa ċara ta' x'inhu għaddej ftit 'il bogħod mill-gżejjer Maltin.

Is-Sindku Leoluca Orlando qalet li l-belt kellha l-ogħla ammont ta’ xita fl-istorja tagħha f'temp ta' sagħtejn. Orlando qalet li l-ammont ta' preċipitazzjoni kien ekwivalenti għal dak ta' sena sħiħa ta' xita.

YouTube / Disaster Compilations


Emil Calleja Bayliss