Jidher li għalkemm il-każijiet qed jerġgħu jibdew jiżdiedu, iż-żgħażagħ mhux se jieqfu jiddevertu għax qed jippruvaw isibu kull mod kif jieħdu gost u jiżfnu.
Filmat li ġie mxerred fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali TikTok juri grupp ta’ żgħażagħ qaqoċċa ħdejn xulxin jiżfnu mal-mużika permezz tal-headphones. Għalkemm ma kienx hemm mijiet ta’ persuni f’xulxin, kważi ħadd minn dawn iż-żgħażagħ ma kien liebes maskra jew jipprattika d-distanza soċjali.
Hi sitwazzjoni diffiċli li għat-tieni darba mhux se nkunu nistgħu ngawdu s-sajf kif forsi ssoltu ngawduh, imma għandna noqgħodu attenti iktar ħalli nipproteġu lilna nfusna u lil dawk ta’ madwarna!