Danusan għadhom kif ħabbru fuq il-paġna tagħhom idea kreattiva ta' spettaklu li jista' jiġi segwit mill-pubbliku mingħajr ebda periklu.

L-udjenza tista' toqgħod komda u sigura fil-karozzi. Ifakkru darba darbtejn li dan l-ispettaklu se jkun qed jimxi mar-restrizzjonijiet kollha kif suppost bla ebda ksur ta' liġi. Spettaklu li se jkollu għadd ta' talent. Il-vilaġġ ta' Crafts Village ser jiġi trasformat f'postijiet relatati mal-Milied b'attrazzjonijiet li se jolqtu kemm lit-tfal kif ukoll lilkbar. Se jkun "post fejn il-familji Maltin jistgħu iqattgħu numru ta' sigħat f'ambjent sabiħ li jilqagħhom" kif spjega tajjeb Elton.

Ma jonqosx li Santa Klaws ikun preżenti ukoll fejn ħa jkun qed iżur lit-tfal.

Segwi aktar hawn taħt.


Kyle Zarb