Fuq il-programm Ron de Vu rajna lill-kantanta u żeffiena Analise Ellul fejn irrakkuntat diversi episodji mill-passat, kif ukoll uħud mill-portfolju tagħha fuq ix-xandir, kemm fuq it-televiżjoni kif ukoll fir-radju. 

Issemmi bla dubju l-ħafna programmi tat-tfal li ppreżentat u li tant kienu popolari u maħbuba mat-telespettaturi kollha. Lil Analise niftakruha wkoll tkanta fosthom fil-Malta Song For Europe, tiżfen, u anke tirreċta.

Apparti minn hekk, Analise irrakkuntat diversi esperjenzi li ma tinsa qatt, fosthom meta għamlet moviment taż-żfin li ma kelliex tagħmel waqt li liebsa pulit. Analise tgħid kif dakinhar, ""għamel split il-qalziet flok jiena!" Oħtha Alison spiċċat tidħak biha u ma setgħetx tkompli!

Hemm episodju ieħor li seħħ ġewwa Paceville fejn ċajta li għamlet oħtha Alison, weħel biha bla ħtija Ron! "Din mhux se nemmnek li ma tiftakarhiex!", tgħidlu Analise lil Ron waqt Ron de Vu.

Segwu aktar minn din l-intervista HAWN


Kyle Zarb