Lill-għażiża Josephine konna drajnieha! Nistqarru li anke aħna ta' Gwida.mt konna nistennew r-rokna tagħha fuq il-programm Ta' Filgħod, preżentat mill-bravissimu Ray Attard. Infatti kif tafu kemm-il darba nippubblikaw ir-rokna tagħha fuq il-paġna tagħha.

Sfortunatament ilbieraħ kienet l-aħħar dehra u l-aħħar rokna ta' Josephine għall-ewwel skeda Ta' Filgħodu. "Qalbi sewda ġħax l-aħħar darba!", tgħid Josephine lil Ray.

Tfakkar il-mument meta ċemplulha biex tieħu sehem f'dan il-programm mill-aqwa li tant qed iżomm kumpanija lin-nies. "Meta ċempluli u qaluli tridx tieħu sehem vera ħadt pjaċir. Grazzi tal-istedina...Il-Ġimgħa tinżel is-separju ta' Ta' Filgħodu!"

Josephine tieħu ħsieb tirringrazzja anke segwaċi li jgħixu barra minn xtutna fosthom dawk tal-Iskozja, Awstralja, u Kanada. Apparti minn hekk tagħlaq l-intervista.

Spiċċat b'storja li l-aktar messetilha qalbha lbieraħ! Persuna staqsietha mistoqsija li tirrigwardja lill-ulied, u minnufih tiftakar f'uliedha. Issemmi dwar kemm ifissru għaliha l-ulied, u tesprimi weġgħa li ġġor magħha kuljum bħala omm. "Nixtieq naqta' l-pala t'idi biex nara lil ibni, imma la miet, miet", kompliet Josephine emozzjonata.

Josephine, tassew nammirawk! Flimkien mal-pubbliku kollu nittamaw li nerġgħu narawha waqt dan il-programm.


Kyle Zarb