Kienet l-ewwel darba tiegħu fuq palk kbir hekk u quddiem udjenza enormi llejla u Ryan ta l-aqwa prestazzjoni li seta’ jagħti! L-ewwel kliem ta’ Ryan kienu, “Wow”, hekk kif rifes il-palk u ra l-udjenza quddiemu.

Il-ġurija u l-udjenza qamu kollha bil-wieqfa hekk kif Ryan jirnexxielu joħloq standing ovation sħiħa fis-sala bil-prestazzjoni emozzjonali u qawwija li ta. Taqbel li Ryan huwa kontestant li għandu jżomm is-siġġu sal-aħħar indubjament illejla?


Kyle Zarb