Mildred ta' 82 sena tilfet lir-raġel tagħha Farrell Wilson, is-sena l-oħra wara li ħa l-Covid-19 u mbagħad kellu attakk tal-qalb waqt li kien qed jiġi ttrattat għall-coronavirus. Hija ddeċidiet li ma toqgħodx id-dar tibki t-telfa tiegħu, imma minflok tkun attiva.

"L-ewwel mort għand it-tabib," qalet lill-midja lokali. Bl-approvazzjoni tat-tabib tagħha, ingħaqdet għaqda u bdiet titħarreġ. Fil-ġurnata tal-avveniment, Mildred għaddiet kull ostaklu u sabet li l-biċċa l-kbira ta' dawn l-ostakli kienu xi ftit aktar faċli milli kienet qed tistenna.

Tista' tgħid li Mildred hi ta’ ispirazzjoni għalina lkoll!


Emil Calleja Bayliss