Ludwig Farrugia mhux wiċċ ġdid żgur, bħalissa qed narawh fil-parti taz-Zio Amadeo fis-sensiela popolari L-Għarusa. Probabbli qatt ma kontu tistennew lil Ludwig Farrugia jiżfen u jikkumiedja b'libsa ta' mara fuq it-televiżjoni, imma spiċċa jagħmel dan grazzi għal għan nobbli ferm - L-Istrina.
Il-kanzunetta This Is Me kisbet ħafna popolarità u diversi personalitajiet kienu l-protagonisti biex jallegraw u janimaw ftit l-Istrina. Infakkrukom li din is-sena, l-istrina ħa terġa' ssir fis-26 ta' Diċemebru, l-għada tal-Milied fejn il-flus miġbura jkunu qed jgħinu bosta għaqdiet fil-bżonn.
Aħna f'isem Gwida.mt inħeġġukom sabiex għal darb'oħra tkunu parti integrali mill-Istrina ta' din is-sena, bħal ma kontu hemm fis-snin passati.
Facebook / Ludwig Farrugia